Futbol Sport

Napoli fl-ewwel post

(Ritratt: EPA)

Tkompli s-serje pożittiva ta’ Napoli fil-Kampjonat tas-Serie A bir-raba’ rebħa konsekuttiva li poġġiethom fl-ewwel post bi 12 il-punt segwiti minn Inter u Milan b’10 punti kull wieħed. Napoli marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn azzjoni ta’ Lorenzo Insigne kien VICTOR OSIMHEN li għeleb lil Silvestri. B’Udinese jonqsu milli jwettqu reazzjoni fil-35 minuta Napoli meritatament irduppjaw. Minn pass ta’ Kalidou Koulibaly kien AMIR RRAHMANI li mill-ġdid għeleb lil Silvestri. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess. Fit-52 minuta l-iskor sar 3 – 0 b’gowl ta’ KOULIBALY minn azzjoni ta’ Fabian. Bil-partita magħluqa fl-84 minuta Napoli komplew ikabbru l-iskor meta minn azzjoni ta’ Mario Rui kien HIRVING LOZANO li għamel l-iskor 4 – 0 .