Lokali Saħħa

It-tabib tat-tfal Joseph Mizzi jisħaq li hemm bżonn reviżjoni fil-miżuri tal-Covid-19

Eluf ta' pazjenti li ilhom jistennew operazzjoni għal xhur u snin

“Il-miżuri li qabel kellhom jittieħdu minħabba l-Covid issa qed iwasslu għal aktar sofferenza milli hemm bżonn. Naħseb li wasal il-waqt ta’ revizjoni, għall-ġid ta’ tant pazjenti.” Hekk stqarr l-espert Joseph Mizzi, li huwa speċjalista tat-tfal, f’post mtella’ minnu stess fuq Facebook it-Tnejn filgħodu.

Huwa sostna li it-tobba li jaħdmu fil-kirurġija f’Mater Dei mhux qed jingħataw bizejjed ħin fit-teatri tal-operazzjoni u minħabba f’hekk, qed isiru operazzjoni urġenti u ta’ mard serju biss bħall-kanċer.

F’post fuq Facebook, Joseph Mizzi sostna li hemm eluf ta’ pazjenti li qed jistennew operazzjoni għal xhur u snin u kaġun ta’ dan, qed iġib tbatija għalihom jew qed ikunu mġegħlin jagħmlu l-operazzjoni fil-privat bi spiza ta’ eluf ta’ Ewro.

Fl-aħħar nett, it-tabib tat-tfal Joseph Mizzi saħaq li hemm bzonn ta’ revizjoni fil-mizuri li kienu ttieħdu minħabba l-pandemija sabiex jiġi eliminat dan id-dewmien bla bzonn, għall-ġid ta’ tant pazjenti.