Internazzjonali

Putin b’rebħa fl-elezzjoni Parlamentari

Vladimir Putin, minkejja tnaqqis fl-appoġġ, jidher li se jżomm il-maġġoranza tiegħu fl-elezzjoni parlamentari tal-pajjiż.

Il-Partit li jmexxi Putin, United Russia mal-ewwel deher li jinsab fil-maġġoranza filfatt ftit sigħat wara li ngħalqet il-votazzjoni, il-Partit iddikjara li rebaħ din l-elezzjoni.

Persuni li huma meqjusa li huma kontra t-tmexxija ta’ Putin, ma tħallewx jikkontestaw din l-elezzjoni dan filwaqt li kien rrappurtat li kien hemm tbagħbis fil-voti… rapport li ġew miċħuda mill-kummissjoni elettorali.

F’riżultat inzjali, il-kummissjoni qalet li b’64% tal-voti magħduda, United Russia kienet rebħet kważi 48%, segwita mill-Partit Komunista b’madwar 21%.

Ikkummenta