Lokali Qorti

Raġel ta’ 61 jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ta fastidju sesswali lil 3 persuni

Joseph Borg, fl-eta’ ta’ 61 sena u residenti Wied il-Għajn inzamm arrestat wara li tressaq il-Qorti u ġie mixli li ta fastidju sesswali lil tliet nisa impjegati ma’ kumpanija tas-sigurtà fi skola.

Joseph Borg li jaħdem bħala receptionist fi skola wieġeb mhux ħati li kien jitlob pjaċiri u favuri sesswali lil zewġ nisa u raġel fl-eta’ ta 50, 52 u 60 sena.

Filwaqt li d-difiza talbet għall-ħelsien mill-arrest għaliex temmen li dan huwa kaz partikolari minħabba li l-akkuzat għandu kondotta nadifa u minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba biża’ ta’ intaċċ ta’ provi peress li fadal aktar nies x’jixhdu fil-Qorti.

Joseph Borg kellu jitressaq nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru izda kellu jittiehed l-Isptar Mater Dei minħabba li ilmenta li kellu uġiħ f’sidru.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.