Anzjana ta’ 76 sofriet ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienet riekba fiha kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Illum, għal xi s-1.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġdida, Ħal Luqa, u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Luqa tilef il-kontroll ta’ Toyota Passo u ħabat ma’ bollard.
Fil-vettura kien hemm il-mara ta’ 76 sena residenti Ħal Luqa.
Iż-żewġ anzjani ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza
għall-kura u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>