Internazzjonali

Biża’ ta’ sħab ta’ fwar aċiduż wara l-iżbroff ta’ Vulkan f’La Palma

Il-gżira Spanjola ta’ La Palma ntlaqtet minn għadd ta’ terremoti żgħar. Dan meta żbroffa vulkan u l-lava ċarċret fl-oċean. Il-lava issa qed thedded li toħloq sħab ta’ fwar aċiduż.

Wara li l-Ħadd żbroffa l-vulkan 3,000 pied mix-xifer ta’ Cumbre Vieja, illum infetħet toqba oħra fil-vulkan li minnha qed tfur il-lava.

Madwar 6,000 persuna , li jinkludu numru ta’ turisti, kellhom jiġu evakwati wara li t-Tnejn, terremot ta’ 3.8 fuq l-iskala Richter laqgħet lil din iż-żona.