Lokali

COVID-19: Jiżdiedu l-vittmi u l-persuni fl-ITU

Huma 24 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Dan filwaqt li kienu 43 il-persuni li fiequ mill-virus bejn il-Tnejn u t-Tlieta.

Ċifri ppublikati mill-Ministeru għas-Saħħa spjegaw li l-ammont ta’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-virus jammontaw għal 21 filwaqt li dawk il-pazjenti li qed jingħataw il-kura fl-ITU żdiedu għal 4.

Intant, il-każi attivi naqsu għal 554 filwaqt li sfortunatament ġiet irreġistrata mewta oħra kaġunata mill-Covid-19….mara ta’ 91 sena li mietet fl-aħħar 24 siegħa waqt li kienet pożittiva għall-virus… bl-ammont ta’ vittmi jitla għal 456.

Ta’ min wieħed jinnota li sal-jum tat-Tnejn, f’Malta ingħataw 5,389 booster tal-vaċċin.