“Nfakkarkom, li flimkien biss kollox possibbli. Irridu kuljum naħdmu għal xogħoll, ġustizzja u liberta’. Dan irridu nagħmluh, għalina, għal uliedna u għal pajjiżna. Ftakkru li llum iktar min qatt qabel, irridu nagħżlu l-Malta. Għinuni nkompli nagħti dan il-Partit lin-nies. Flimkien nistgħu inkunu l-bidla” – Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta indirizza l-għeluq tal-attivitajiet tal-Indipendenza fil-Fosos tal-Floriana.
Bernard Grech wassal l-appell tiegħu u saħaq li din mhux ġlieda bejn il-blu u l-aħmar iżda għall-bandiera Maltija. Hu stqarr li hemm bżonn bidla fid-direzzjoni, u li tagħmlilna kburin. “Illum għandna bżonn ningħaqdu. Aħna lkoll aħwa Maltin, li nemmnu fil-bidla.
Il-Kap tal-PN wassal ukoll il-messaġġ tiegħu lil dawk li m’ghandomx partit, lil-Laburisti u lin-Nazzjonalisti: “Ngħidilkom ejjew u kunu intom il-bidla. Intom kollha li taqblu li għandha bżonn inbiddlu l-pajjiż. Nistgħu naħdmu Flimkien. Jekk trid pajjiż b’sistema edukattiva aħjar ejja u kun il-bidla. Jekk trid saħħa aħjar u s-servizz f’idejn il-Maltin inti tista’ tkun il-bidla. Jekk trid issalva l-ambjent ta’ pajjiżna ejja u kun il-bidla. F’Ghawdex inti tista’ tkun il-bidla. Fin-nofsinhar ta’ Malta kun il-bidla. Fil-Partit Nazzjonalista stess, kun il-bidla. Fl-ekonomija tiegħek u ta’ pajjiżna, kun il-bidla. Biex nerġgħu nakkwistaw lura isem pajjiżna kun il-bidla.”
Waqt id-diskors tiegħu, Bernard Grech stieden lill-Prim Ministru Robert Abela biex jagħmlu diskussjoni; “għażel il-post, għażel il-ħin, għażel il-moderatur jekk trid u ssibni hemm, għax jien ma nibżax nikkonfronta l-ideat. Flok tikkopja l-Partit Nazzjonalista ejja ddiskuti magħna.”
Il-Kap tal-PN kompla jispjega l-viżjoni tal-partit għal Malta fejn tkellem dwar l-ambjent, is-saħħa, ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, Għawdex, ix-xandir nazzjonali, il-libertajiet u l-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>