Matul il-ġurnata tat-Tnejn, il-propaganda favur il-Gvern Laburista fuq Television Malta kienet tammonta għal nofs l-aħbarijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ingħata spazju ta’ 15% mill-aħbarijiet.
L-aħbarijiet tat-Tnejn filgħaxija kienu ddominati bl-attivitajiet taż-żewġ partiti.
NET News tkellem ma’ diversi osservaturi politiċi, li qalu li Television Malta mhux biss qed jirrapporta l-attivitajiet tal-Gvern bi kważi roster kuljum.
Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Television Malta ripetutament ma tirrappurtax ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar diskorsi tal-Gvern għax tidher li tridx li l-udjenza tal-Istazzjon tal-Istat tkun taf il-fehma tal-Oppożizzjoni dwar dak li wiegħed il-Prim Ministru.
Esperti jsostnu li l-Awtorità tax-Xandir m’għandhiex tħalli dan l-aġir isir ta’ kuljum mill-Kamra tal-Aħbarijiet.
L-Awtorità tax-Xandir għandha l-funzjoni li tagħmel monitoraġġ ta’ dak li jixxandar kuljum u tiżgura imparzjalità fil-bulettin tal-Aħbarijiet ta’ Television Malta.
//= $special ?>