Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jqiegħed il-fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qiegħed il-fjuri fuq il-monument li huwa l-mafkar ta-Indipendenza ta’ pajjiżna.

Fiċ-ċerimonja li ta’ kull sena tfakkar dak li kien wieħed mill-akbar avvenimenti storiċi ta’ pajjiżna, Bernard Grech, bħal ma għamlu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, qiegħed il-fjuri f’riġlejn il-figura ta’ Malta Indipendenti fil-Floriana.

Hu kien akkumpanjat minn martu AnnMarie.

Bħall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, anke l-President tar-Repubblika George Vella u l-Prim Ministru Robert Abela wkoll poġġew il-fjuri fuq dan il-monument.