Futbol Sport

Inter jitilgħu fl-ewwel post b’rebħa fuq Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Inter dawru telfa f’rebħa barra minn darhom meta għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 3-1. Fiorentina marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta minn pass ta’ Nicolas Gonzalez kien Riccardo Sottil li mill-viċin tefa’ fix-xubka. Inter kisbu d-draw fit-52 minuta meta minn pass ta’ Nicolo Barella kien id-difensur Matteo Darmian li kkonluda fir-rokna tax-xibka. Biex tliet minuti wara minn corner ta’ Hakan Calhanoglu kien Edin Dzeko li bir-ras għeleb lil goalkeepr ta’ Fiorentina għal 2-1. Inter għalqu l-partita fis-87 minuta meta wara kontrattakk kien Ivan Perisic li kkonkluda fil-lasta għal 3-1, b’ Inter jitilghu fl-ewwel post tal-klassifika fis-Serie A.

Fi Stadio Renato Dell’Ara, Genoa kisbu draw ta’ 2-2 barra minn darhom għand Bologna. Bologna marru fil-vantaġġ fid-49 minuta permezz ta’ Aaron Hickey, b’ Genoa jirreaġixxu sitt minuti wara permezz ta’ Mattia Destro, li kkonkluda bir-ras minn cross ta’ Domenico Criscito. Bologna ħasbu li skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-85 minuta meta Marko Arnautovic skorja mill-ħdax-il metru. Madanakollu fid-89 minuta Genoa ngħataw penalty, għal foul ta’ Kevin Bonifazi fuq Yayah Kallon, b’Domenico Criscito jegħleb lil Lukasz Skorupski għal draw ta’ 2-2.

Fi Stadio Davide Massa Atalanta kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 kontra Sassuolo. Atalanta marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta mnn cross ta’ Ruslan Malinovsky kien Robin Gosens li mill-vaiin tefa’ ġewwa. Atalanta irreaġixxew fis-37 minuta meta minn pass ta’ Dusan Zapata kien David Zappacosta li kkonkluda fil-lasta. Atalanta skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fl-44 minuta meta kien Domenico Berardi l’xuttmid-dsitanza għelen lil goalkeeper ta’ Sassuolo għal 2-1.

SERIE A

Illum Bologna v Genoa 2-2, Atalanta v Sassuolo 2-1 , Fiorentina v Inter 3-1, Għada Salernitana v Verona 6.30pm, Spezia v Juventus 6.30pm, Milan v Venezia 8.45pm, Cagliari v Empoli 8.45pm, Il-Ħamis Sampdoria v Napoli 6.30pm, Torino v Lazio 6.30pm, Roma v Udinese 8.45pm