Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħaraq vettura

Iktar kmieni llum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex,raġel ta’ 37 sena residenti l-Munxar, Għawdex.
Hu ġie akkużat li fl-1 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-2.30pm kien kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura kif ukoll fir-reat ta’ ħsara għat-terzi persuni.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kkommetta l-imsemmija reati waqt il-perjodu operattiv ta’ libertà kundizzjonata u li rrenda ruħu reċediv.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri