Futbol Sport

L-ewwel punt għat-tim Malti

MALTA ……………………………………… 2

BOSNIA U HERZEGOVINA …….. 2

Malta: P. Ebejer; N. Sciberras, S. Farrugia, C. Zammit, A. Sultana, S. Zammit, E. Lipman, B. Borg (B. Borg 66′), D. Theuma, R. Cuschieri, M. Farrugia.

Bosnia u Herzegovina: D. Haracic; N. Dijakovic, M. Hasanbegovic, D. Velagic, D. Spasojevic (M. Damjanovic 76′), M. Milinkovic, M. Nikolic, S. Kapetanovic, M. Medic (A. Grebenar 90′), A. Krso, M. Jelcic.

Referee: L. Lehtovaara

F’partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-2023, it-tim nazzjonali Malti rnexxielu jikseb l-ewwel punt wara draw ta’ 2-2 kontra l-Bosnia u Herzegovina. Il-Bosnia marru fil-vantaġġ fis-sitt minuta permezz ta’ Milena Nikolic, biex rdoppjaw fit-33 minuta permezz ta’ Maja Jeicic.

Minkejja li daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn taħt, it-tim Malti wettaq rimonta fit-tieni taqsima, b’gowl fil-81 minuta minn Maria Farrugia u lejn it-tmiem fil-95 minuta ta’ Stephania Farrugia, biex kisbu l-ewwel punt għat-tim nazzjonali Malti tan-Nisa fi tmiem drammatiku.