Lokali

Malta Indipendenti – pajjiżna jiċċelebra 57 sena nazzjon

Pajjiżna illum qed ifakkar is-57 sena mill-kisba tal-Indipendenza; il-jum li fih il-Maltin u l-Għawdxin, bi kburija, raw il-bandiera tar-Renju Unit nieżla. U minflokha, titla’ l-bandiera Maltija bl-ilwien bojod u homor.

Il-gzejjer taghna f’din il-gurnata fakkru is-57 sena mit-twelid ta’ stat sovran, biex minn dakinhar stajna ngħidu li għandna verament rajna f’idejna. Twelid ta’ nazzjon li, pass pass sar ukoll Repubblika u eventwalment issieħeb b’mod sħiħ bħala stat membru fl-Unjoni Ewropea.

Il-21 ta’ Settembru tibqa’ ġurnata speċjali immens għall-poplu Malti u Għawdxi – mhux biss il-memorji ta’ dak li kien seħħ fix-Xagħra tal-Floriana, iżda memorji ta’ kif konna kapaċi negħlbu kull sfida u nirnexxu bħala pajjiż tul il-medda tas-snin.

Dan il-jum tant għażiż għall-Maltin jiġi mmarkat biċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni tal-fjuri mill-għola awtoritajiet tal-pajjiż, f’riġlejn il-monument tal-Indipendenza .i jinsab tefa’ ta’ ġebla bogħod mill-post li fih l-eks Prim Ministru Malti Ġorg Borg Olivier kien qara d-dikjarazzjoni tal-Indipendenza.