Lokali Qorti

Miċħuda i-libertà proviżorja fuq allegati avvanzi sesswali fuq tfajla ta’ 16-il sena

Raġel ta’ 49 sena ġie akkużat li għamel avvanzi sesswali fuq tfajla ta’ 16-il sena fi klabb ġewwa  Paceville. L-inċident allegatament seħħ nhar it-Tnejn. Lionel Seux, minn Franza, wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Scibberas.

Seux qal lill-qorti, meta mistoqsi, li kien ma jaħdimx u dan minħabba d-diżabilità tiegħu. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-ispetturi John Spiteri u Leeroy Balzan Engerer, qalet lill-qorti kif l-akkużat kien ġo nightclub u lil tfajla f’kamta tal-banju miegħu.

Huwa neħħilha l-ħwejjeġ u wara għamel l-istess fuq nniffsu u wara mess lilha u lilu nniffsu b’mod mhux xieraq, ingħad lill-qorti. L-ispetturi qalu li kieku ħabiba tat-tifla ma kinitx persistenti li kompliet tħabbat il-bieb tal-kamra tal-banju sakemm tħalliet tidħol, il-każ seta’ kien wieħed ferm iktar serju, dak ta’ sess ma’ minuri.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba s-serjetà tar-reat, li jġorr sentenza ta’ disa’ snin ħabs. Il-fatt li r-raġel jinsab għall-btala f’Malta,  u l-biża’ li jaħrab huwa ogħla minn dak li kieku kien residenti.

Barra minn hekk, l-akkużat jista’ jipprova jikkuntattja lit-tifla peress li t-tnejn għandhom il-mowbajls ta’ xulxin. Il-Maġistrat Galea Sciberras ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Seux u huwa nżamm taħt arrest preventiv.