Futbol Sport

Rebħiet għal Liverpool u Man City, Everton eliminati mill-Carabao Cup

Liverpool għaddew għar-round li jmiss fil-Carabao Cup meta għelbu lil Norwich barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-0. Għal Liverpool fetaħ l-iskor fir-raba’ minuta Takumi Minamino qabel Divock Origi rdoppjaw fil-50 minuta. Liverpool għalqu l-partita fit-80 minuta meta minn pass ta’ Alex Oxlade-Chamberlain kien Takumi Minamino li skorja t-tieni gowl personali għal 3-0.

Man City kisbu rebħa komda ta’ 6-1 kontra Wycombe fl-Etihad Stadium. Kontra kull mistenni Wycombe marru fil-vantaġġ fit-22 minuta permezz ta’ Brandon Hanlan, qabel Kevin De Bruyne kiseb id-draw fid-29 minuta. Man City skojraw it-tien u t-tielet gowls fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima, bil-gowls jaslu permezz ta’ Riyad Mahrez u Phil Foden rispettivament. Fit-tieni taqsima Man City skorjaw tliet gowls oħra permezz ta’ Ferran Torres, gowl ieħor ta’ Riyad Mahrez u permezz taż-żagħżugħ Cole Palmer.

Evrton kienu eliminati minn QPR wara l-għoti tal-penalties hekk kif il-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2. QPR fetħu l-iskor permezz ta’ Charlie Austin fi-19 minuta qabel Lucas Digne kiseb id-draw fit-30 minuta. Charlie Austin reġa’ skorja għal QPR fl-34 minuta, b’Andres Townsend jikseb id-draw fit-48 minuta. Fl-għoti tal-penalties QPR rebħu hekk kif skorjaw tmien penalties, b’Everton jiskorjaw seba’, b’Tom Davies jfalli l-penalty tiegħu.

CARABAO CUP

Illum : Brentford v Oldham 7-0, Burnley v Rochdale 4-1, Man City v Wycombe 6-1, Norwich v Liverpool 0-3, Preston North End v Cheltenham 4-1, Queens Park Rangers v Everton 2-2 (8-7), Sheffield United v Southampton 2-2 ( 2-4), Watford v Stoke 1-3, Wigan v Sunderland 0-2