Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna kienu rreġistrati 18-il każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li 49 persuna fiequ mill-virus biex b’hekk il-każi attivi niżlu għal 523.
Skont l-aħħar aġġornament tal-awtoritajiet tas-saħħa fuq Facebook, fl-aħħar sigħat, żdiedu il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei b’kumplikazzjonijiet bil-virus. Filfatt, il-persuni rikoveriti fl-isptar żdiedu bi tnejn u issa jammontaw għal 23, b’4 jinsabu f’qagħda iktar krita u qed jingħataw il-kura fl-ITU.
Meta pajjiżna issa tilef total ta’ 456 persuna sa mill-bidu tal-pandemija, b’xorti tajba, fl-aħħar siegħat ħadd ma kien rapurtat li tilef ħajtu bil-Coronavirus f’Malta jew f’Għawdex.
U meta d-dettalji li qed joħorġu mill-Ministeru tas-Saħħa dwar is-sitwazzjoni tal-COVID, issa qed ikunu limitati ħafna, l-aħħar aġġornament juri li f’pajjiżna ingħataw madwar 5,500 doża tal-booster tal-vaċċin lil persuni li jiffurmaw parti mill-91% tal-popolazzjoni li hija mlaqqma għall-kontra l-virus.
//= $special ?>