Lokali

Clifton Grima jgħid li n-nies qed jgħidulu ‘grazzi’

Ġurnata oħra…  u erġajna b’Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela ma jridux jikkummentaw dwar l-għoli tal-ħajja… jew saħansitra jaharbu mill-kameras tagħna biex ma jwiġbux id-domandi ta’ Net News.

Fil-każ tas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, dan baqa’ ma weġibx imqar domanda waħda dwar l-għoli tal-ħajja. U infexx fir-retorika politika biex joħroġ għonqu għal Robert Abela.

…bil-Ministru Julia Farrugia tidher taħrab minn wara Clifton Grima biex tevita d-domandi tagħna. Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari baqa’ ma wieġeb assulutament xejn dwar il-piż tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi.

Turija ċara ta’ kemm il-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela huma maqtugħa mir-realtà u ma jridux jagħtu każ it-tbatija li għaddejjin minna diversi familji. Anzi, qed jgħid li n-nies…dejjem skont hu…qed jghidulu “grazzi”.

Fl-istess attività tal-Gvern tlabna biex nieħdu l-kummenti tal-Ministru Julia Farrugia iżda din ħarbet tiġri lejn il-karozza tagħha….bl-uffiċjali tal-Ministeru jgħidulna li issa kien tard wisq. Dan minkejja li sa minn qabel kien hemm ftehim li ningħataw intervista fuq il-camera.