Edukazzjoni Lokali

Għandu jinstab spazju xieraq biex l-istudenti universitarji jkunu jistgħu jattendu lectures fiżikament – PN

Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni jagħmel l-isforzi kollha tiegħu biex l-istudenti universitarji jinstabilhom spazju xieraq fejn jistgħu jattendu l-lectures fiżikament. Dan sabiex anke huma jgawdu mill-esperjenza u l-benefiċċji tal-ħajja universitarja fl-integrità tagħha.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li diversi għaqdiet tal-studenti lmentaw li mhux kulħadd qed jingħata din l-opportunitá minkejja li l-maġġoranza tal-istudenti huma mlaqqmin.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-istudenti għandhom jingħataw kull appoġġ f’mument daqstant kruċjali għal ħajjithom