Kultura Lokali

Inawgurata t-tieni edizzjoni ta’ ‘Tieqa fuq l-Istorja’ f’Couvre Porte fil-Birgu

Il-Fondazzjoni Wirt Artna nediet it-tieni wirja hekk imsejjħa ‘Tieqa fuq l-istorja’, fil-Muzew fil-Birgu ‘Malta fil-Gwerra’.

Mario Farrugia, ic-Chairman ezekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna saħaq li minħabba l-effetti tal-pandemija f’pajjizna, inħolqot din il-wirja sabiex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi din l-esebizzjoni minn barra ….u għalhekk ma jkollux għalfejn jidħol fil-Muzew.

“Il-kunċett wara din il-wirja huwa wieħed innovattiv għaliex tipperemeti lill-Pubbliku sabiex igawdi din il-wirja mit-triq, minghajr ma jidħol fil-Muzew.”

Wara s-suċċess tal-ewwel esebizzjoni mtella’ fit-tieqa li tinsab f’Couvre Pourte fil-Birgu, illi kienet iffukata fuq l-ilbies prottetiv militari, b’mod speċjali l-maskli tal-gas li ntuzaw fit-tieni gwerra dinjija….. din id-darba l-esebizzjoni titratta l-elmi differenti li ntuzaw fit-tieni gwerra dinjija mhux biss mill-militar izda wkoll miċ-ċivil.

Tipi ta’ Maskli tal-Gas li ntuzaw fit-tieni gwerra dinjija

“L-elmi ġejjin minn pajjizi differenti u filfatt, kull elmu dak iz-zmien kien jirraprezenta nazzjonalita.”

Mario Farrugia spjega li dawn l-elmi li ġejjin minn diversi pajjizi madwar id-dinja huma rari ħafna.. u jifformaw parti mill-kollezzjoni tar-Riserva tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Mario Farrugia spjega li normalment dawn l-ezebiti ma jkunux għall-wiri regolari u għalhekk permezz ta’ din l-esebizzjoni, il-pubbliku għandu l-opportunita’ li jara dawn l-elmi li ssoltu jkunu maqfulin u ma jkunux għal-wiri.

Elmu li jirraprezenta n-nazzjonalita` Maltija

Ic-Chairman ezekkutiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna spejga li permezz ta’ QR Code, wieħed ikun jista’ jnizzel il-katalgu tal-wirja b’donazzjoni zgħira u din tmur għall-ispejjez tal-Muzew.

Din l-esebizzjoni ‘Tieqa fuq l-istorja’ mistennija tibqa miftuħa sa Novembru ta’ din is-sena, umbagħad wara, l-Fondazzjoni Wirt Artna mistennija tniedi it-tielet esebizzjoni li se tkun qed titratta sunetti … poeziji qosra li kienu jiġu ċirkolati fi zmien it-tieni gwerra dinjija, b’messaġġ li kien iservi bħala propoganda politika.