Futbol Sport

“Ir-raġuni għalfejn bdilt lil Messi hija minħabba injury” – Mauricio Pochettino

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ PSG Mauricio Pochettino ddefenda l-pożizzjoni tiegħu wara li fl-aħħar partita kontra Metz għażel li jibdel lil Lionel Messi. Pochettino qal li Messi sofra injury f’irkopptu tax-xellug u b’hekk kellu jagħmel din il-bidla.

Pochettino qal li għamel din is-sostizzjoni wara li ra lil Messi jħares lejn irkopptejh. B’reazzjoni għas-sostituzzjoni, Messi għażel li ma jieħux b’idejn il-kowċ bl-attakkant ta’ 34 sena jidher diżappuntat li kien mibdul.