Internazzjonali

Irlanda ta’ Fuq: Arrestati dwar il-qtil ta’ ġurnalista

Il-pulizija fl-inħawi ta’ Derry arrestaw żewġ irġiel li qed jinżammu b’konnessjoni mal-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee.

L-omiċidju jmur lura għal April tal-2019, meta McKee, li kellha 29 sena, kienet qed tosserva l-irvellijiet li kienu għaddejjin dak il-ħin fiz-zona ta’ Creggan, f’Londonderry.

Iż-żewġ arrestati għandhom 24 u 29 sena, rispettivament, u qegħdin jinżammu f’Belfast  taħt il-liġi speċifika magħrufa bħala t-Terrorism Act.

S’issa hemm tliet irġiel akkużati dwar il-qtil ta’ McKee, waqt li tnejn oħra qed jikkonfrontaw akkużi relatati mal-irvellijiet li seħħew matul il-lejl meta nqatlet il-ġurnalista.