“Malta bdiet tkun wisq fuq l-aħbarjiet għal raġunijiet żbaljati, il-ġara ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser, ma kienet l-ebda sorpriza li Malta kienet l-ewwel pajjiż tal-UE fil-greylist tal-FATF”
Kien b’dan il-mod li l-Konsulent Finanzjarju Paul Bonello ddeskriva s-sitwazzjoni kurrenti ta’ pajjiżna wara li Malta ġiet greylisted mill-FATF – stqarrija li ghamel waqt il-programm ‘Magħkom’ preżentat minn Lea Hogg.
Waqt din l-intervista, Paul Bonello tkellem dwar kif f’waqtiet l-istituzzjonijiet f’pajjiżna ma ħadmux.
“L-istituzzjonijiet li fi żminijiet ħadmu tajjeb ma ħadmux, ma kellhomx il-personalità li tgħid din il-ħaġa ma ssirx”
Huwa qal li t-tmexxija tal-Pulizija setgħat ħadmet b’mod aħjar fid-dawl ta’ ħafna episodji li seħħew fl-aħħar snin taħt Gvern Laburista.
“Fost l-inqas li servew tajjeb lin-Nazzjon, mhux lill-Gvern, l-obbligu tal-istituzzjonijiet huwa lejn il-poplu, mhux lejn il-Partit fil-Gvern, lejn l-istat, fost l-aktar li naqqsu nsemmi l-korp tal-Pulizija”
Tul il-programm Paul Bonello ħares ukoll lejn x’wassal għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-ħsara li saret fl-aħħar snin fuq is-servizzi finanzjarji, u d-daqqa fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
//= $special ?>