Futbol Sport

Man Utd eliminati minn West Ham

Wara r-rebħa ta’ Man Utd fuq West Ham fil-Premier League , kien imiss li ż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-Carabao Cup. Din id-darba kienu West Ham li ħarġu rebbieħa hekk kif għelbu lil Man Utd f’Old Trafford bl-iskor ta’ 1-0. West Ham marru fil-vantaġġ fid-9 minuta meta wara azzjoni tajba ta’ Ryan Fredricks, kien Manuel Lanzini li mill-viċin tefa’ fix-xibka għal 1-0, liema gowl kien biżejjed biex eliminaw lil Man Utd mill-Carabao Cup.

Fl-Emirates Stadium Arsenal għaddew għar-round li jmiss tal-Carabao Cup meta għelbu lil Wimbledon bl-iskor ta’ 3-0. Arsenal fetħu l-iskor fil-11-il minuta permezz ta’ Alex Lacazette li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 1-0. Arsenal rduppjaw fis-77 minua meta fuq pass ta’ Alex Lacazette kien Emile Smith-Rowe li kkonkluda fil-lasta. Biex tliet minuti wara kien l-attakkant żagħżugħ Eddie Nketiah li skorja t-tielet gowl u għalaq il-partita.

Chelsea għaddew ukoll wara l-għoti tal-penalties kontra Aston Villa. Chelsea marru fil-vantaġġ fl-54 minuta permezz ta’ Timo Werner, b’Cameron Archer iġib id-draw għaxar minuti wara. Madanakollu fl-għoti tal-penalties kien Reece James li skorja l-penalty deċiżiv.

EFL CUP

Brighton v Swansea 2-0, Arsenal v Wimbledon 3-0, Chelsea v Aston Villa 1-1 (4-3), Man Utd v West Ham 0-1, Milwall v Leicester 0-2, Wolves v Tottenham 2-2 (2-3)