Għawdex Lokali

Persuna tittella’ mill-baħar fid-Dwejra

Għall-ħabta tal-11am, persuni li kienet qed tgħum fid-Dwejra f’Għawdex, sabet diffikultà. Kien hawnhekk fejn intalbet l-għajnuna biexi l-persuna setgħet tittella’ mill-baħar.

Il-pulizija kienu nfurmati b’dan l-inċident fil-11:30am fejn fil-post anke wasal tim mediku permezz ta’ ambulanza li bħalissa qed jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni li l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

L-aħħar informazzjoni li kiseb dan l-istazzjoni tgħid li l-persuna sab ruħu f’diffikultà fil-baħar wara deidrazzjoni.