Sport Waterpolo

Pro Recco b’kamp ta’ taħriġ f’pajjiżna

It-tim tal-waterpolo Taljan Pro Recco jinsab f’pajjiżna għal kamp ta’ taħriġ fejn mistenni jdumu sa nhar is-Sibt. It-tim imexxi mill-kowċ il-ġdid Sandro Sukno se jkollu l-għan li jirbaħ kull titlu possibli dan l-istaġun. Pro Recco fl-istaġun li għadda rebħu l-14-il kampjonat konsekuttiv kif ukoll rebħu d-disa’ Champions League fl-istorja.

Għal dan l-istaġun, Pro Recco saħħew l-iskwadra tagħhom b’numru ta’ akkwisti fosthom De Lungo u Zalanki. Iżda l-akbar akkwist dan l-istaġun huwa l-kowċ Sandro Sukno li għandu 31 sena. Din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’dan il-livell. Fil-karriera tiegħu bħala player, Sukno rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012, iżda kien kostrett jirtira wara problemi f’qalbu.