Lokali

Raġel isofri ġrieħi serji f’Wied il-Għajn

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li għal ħabta tat-8:30pm, kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, għall-ħabta tas-2:00pm, ir-raġel, li għandu 41 sena u residenti Santa Venera, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Sir Paul Boffa, Wied il-Għajn, u waqa’ madwar sular. F’dak il-ħin ir-raġel ma marx l-isptar imma iktar tard hu beda jħoss uġiegħ kbir, ċempel għal ambulanza u ttieħed lisptar.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.