Robert Lewandowski kien ippremjat biż-żarbun tad-deheb għall-istagun 2020-21 wara li skorja xejn anqas minn 41 gowl fil-Bundesliga għal Bayern Munich.
Dan l-unur jingħata lil dak il-plejer li jiskorja l-aktar gowls f’kampjonat nazzjonali fl-Ewropa.
L-aħħar darba li plejer li lagħab fil-Kampjonat Ġermaniż rebaħ dan l-unur kien il-leġġenda ta’ Bayern – Gerd Muller fl-1971-72.
Lewandowski, iddedika dan l-unur lil dawk kollha li ta’ kulljum jgħinuh sabiex ikompli jiżviluppa.
Il-41gowl li skorja fl-istagun li għadda kien l-għola wieħed minn meta fl-2015 Cristiano Ronaldo kien skorja 48 gowl meta kien jilgħab ma’ Real Madrid f’La Liga.
Il-41 gowl li skorja Lewandowski f’29 partita li lgħab kienu biżżejjed biex mar aħjar minn Lionel Messi u Ronaldo li skorjaw 30 gowl u 29 gowl rispettivament. Fil-passat Lionel Messi rebaħ l-unur sitt darbiet b’Ciro Immobile u Luis Suarez jirbhu wkoll edizzjonijiet fl-aħħar staguni .
//= $special ?>