Edukazzjoni Lokali

“Solidarjetà assoluta mal-istudenti kollha” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, esprima “solidarjetà assoluta mal-istudenti kollha, li wara sentejn għadhom mhumiex jitħallew jattendu l-lezzjonijiet fiżikament” fl-Università.

Bernard Grech, li jkun f’kuntatt kontinwu maż-żgħażagħ u mal-istudenti ta’ Malta u Għawdex saħaq li minkejja li huma vaċċinati, minkejja li attivitajiet ta’ ċertu kobor qed jitħallew isiru u minkejja li klassijiet żgħar qed jitħallew isiru, l-istudenti xorta ma jistgħux jirritornaw għal normalità fil-ħajja skolastika tagħhom.

Il-Kap tal-PN stqarr li “għandna nisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa, però dawn l-awtoritajiet għandhom jispjegaw għaliex qed issir din id-diskriminazzjoni u appella biex hekk kif il-pajjiż jimxi lejn in-normalità, għandu jkun hemm direzzjoni politika għaliex jNemmen li d-dritt għall-edkuazzjoni ta’ kwalità għandu jingħata prijorità.