Lokali

Stagno Navarra jgħid li l-programm jeħodlu 10 sigħat kuljum…u l-Air Malta?

Il-programm jeħodlu 10 sigħat.

Hekk stqarr il-preżentatur tal-media tal-Labour Karl Stagno Navarra waqt il-maratona tal-PL.

Il-preżentatur tal-One li ta’ kuljum imexxi prorgramm ta’ propaganda aggressiva li fil-biċċa l-kbira tiegħu mhu xejn għajr ġabra ta’ attakki politiċi kontra l-Partit Nazzjonalista, huwa wkoll impjegat tal-Air Malta b’paga ta’ aktar mid-doppju ta’ kemm full timer jieħu miegħu id-dar.

L-Air Malta tinsab f’xifer falliment iżda sal-lum jidher li għadha qed toħroġ paga massiċċa lil Stagno Navarra – paga ta’ €40,000 fis-sena.

Dak li baqa’ dejjem misteru għall-poplu huwa x’inhu ezatt li jagħmel Stagno Navarra fl-Air Malta. Iżda ċ-ċittadin onest li jħallas kull ċenteżmu ta’ taxxa minn butu, qed iħallas ukoll biex il-preżentatur tal-One jieħu miegħu id-dar mal-€40,000 fis-sena talli ma nafux ezatt x’qed jagħmel.

L-aktar li huma urtati b’dan kollu huma l-ħaddiema tal-Air Malta stess – dawk li għandhom l-impjieg tagħhom imdendel, u dawk li baqgħu ma daħlux lura għal xogħolhom, fosthom il-bdoti, wara xhur ta’ inċertezza.

Tul dan iż-żmien kollu, hu mifhum li Stagno Navarra baqa’ jdaħħal il-paga tiegħu, dik mill-Air Malta, b’mod regolari.