Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Juventus

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Alberto Picco tasal l-ewwel rebħa ta’ Juventus f’dan il-Kampjonat. Rebħa li iżda ma neħħiet xejn mill-problemi li dehru evidenti fl-ewwel partiti ta’ dan l-istaġun. Fit-28 minuta kien MOISE KEAN li għeleb lil Jeroen Zoet minn azzjoni ta’ Adrien Rabiot . B’Juventus fil-vantaġġ reazzjoni immedjata minn Spezia li ħames minuti wara għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ EMANUEL QUARTSIN GYASI li għeleb lil Szczesny. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima fid-49 minuta Spezia fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Giulio Maggiore kien JANIS ANTISTE li għamel l-iskor 2 – 1 . Kibret il-pressjoni minn Juventus li fis-66 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ FEDERICO CHIESA minn azzjoni ta’ Alvaro Morata sabiex fit-72 minuta kien MATTHIJS DE LIGT li minn pass ta’ Bonucci skorja dak l-gowl li kellu jwassal għall-ewwel rebħa ta’ Juventus dan l-istaġun.

B’rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima, Milan żammew il-pass ma’ Inter meta għelbu lil Venezia b’żewġ gowls fit-tieni fażi tat-tieni taqsima. Ebda gowl matul l-ewwel taqsima b’Milan iżidu l-pressjoni matul it-tieni taqsima. Fit-68 minuta marru fil-vantaġġ. Gowl minn BRAHIM DIAZ li minn azzjoni ta’ Theo Hernandez għeleb lil Niki Maeenpaeae. Ebda reazzjoni minn Venezia b’Milan jirduppjaw fit-82 minuta din id-darba permezz ta’ THEO HERNANDEZ minn azzjoni ta’ Alexis Saelemaekers. Gowl li poġġa lil Milan fl-ewwel post bi 13 il-punt flimkien ma’ Inter.

Wara erba’ telfiet konsekuttivi l-ewwel punt fil-Kampjonat għal Salernitana f’partita li matulha wettqu rimonta ta’żewġ gowls. Wara biss 7 minuti Verona marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Gianluca Caprari kien NIKOLA KALINIC li għeleb lil Vid Belec. B’Verona jibqgħu fuq l-offensiva fid-29 minuta rduppjaw meta minn pass ta’ Ivan Ilic mill-ġdid KALINIC għeleb lil Belec. Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud kien CEDRIC GONDO li għeleb lil Lorenzo Montipo. Matul it-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Salernitana li fil-71 minuta għamlu l-iskor 2 – 2 permezz ta’ MAMADOU COULIBALY minn azzjoni ta’ Riccardo Gagliolo.

B’gowl f’kull taqsima Empoli telgħu fil-11 il-post fil-klassifika b’Cagliari jibqgħu mingħajr rebħa wara ħames partiti.
Kienu Empoli li fetħu l-iskor fid-29 minuta meta minn azzjoni ta’ Nicolas Haas kien FEDERICO DI FRANCESCO li għeleb lil Alessio Cragno għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima ftit inbidel b’Empoli jirduppjaw fid-69 minuta b’LEO STULAC jgħeleb lil Cragno għat-2 – 0 . Riżultatli biħ intemmet wkoll il-partita.

SERIE A

Illum Salernitana v Verona 2-2, Spezia v Juventus 2-3, Milan v Venezia 2-0, Cagliari v Empoli 2-0 Għada
Sampdoria v Napoli 6.30pm, Torino v Lazio 6.30pm, Roma v Udinese 8.45pm