Lokali

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 71 sena mill-Ħamrun kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq sellum.

Il-każ seħħ fid-9:00 tal-Ħamis filgħodu fi Triq id-Duluri, iż-Żejtun bir-raġel jingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar għal aktar kura b’ambulanza.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.