Lokali

Bernard Grech b’messaġġ ta’ solidarjetà ma’ Manuel Delia u mal-ġurnalisti

Aktar minn xahrejn minn meta tliet Imħallfin sabu lill-Istat ħati li ppermetta li tinħoloq kultura ta’ impunità, li wasslet għall-qtil ta’ ġurnalista, il-Gvern Laburista Laburista s’issa għadu qed jinjora r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Inkjesta.

Hekk iddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta, fuq Facebook, ikkummenta dwar it-theddida li wasslet lill-ġurnalist Manuel Delia biex jiddeċiedi li jitlaq minn pajjiżna ħalli jipproteġi lilu nnifsu.

Bernard Grech staqsa kemm jista’ jdum jistenna l-pajjiż biex Robert Abela jagħmel lil Malta pajjiż sigur għal kulħadd, bħalma xi darba kien, kif ukoll għaliex il-ġurnalisti għadhom mhux qed jiġu protetti. Fuq kollox, staqsa min qed jiggwadanja jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm il-kitba tiegħu b’messaġġ ta’ solidarjetà mal-ġurnalisti u ma’ Manuel Delia personalment.