Lokali

COVID-19: 12-il każ ġdid – ifiqu 47

Huma 12-il każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa.

Dan filwaqt li bejn l-Erbghħa u l-Ħamis fiequ 47 persuna bil-każi attivi issa qed jammontaw għal 488.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li preżentament huma 15-il pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei fosthom 4 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija f’pajjiżna bl-ammont ta’ vittmi jibqa dak ta’ 456.