Il-Fakultà għall-Benesseri tas-Soċjetà u l-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika iffirmaw memorandum of understanding sabiex tkompli l-ħidma biex biex jiżdied l-għarfien dwar il-vjolenza, u biex issir aktar riċerka li tgħin f’din il-ħidma.
Il-Kummissarju Audrey Friggieri spjegat ma’ Net News l-importanza ta’ dan il-ftehim mal-Università. Hija qalet li dan il-Memorandun of Understanding se tissarraf f’aktar konsultazzjoni ma’ esperti, sabiex ikun investigat aktar fil-fond dan il-fenomenu u sabiex jikber ukoll l-għarfien, sabies ikun hemm aktar edukazzjoni f’dan il-qasam u biex jgħin fl-ifformular ta’ policies effettivi.
Dan imbagaħd iwassal biex isiru rakkomandazzjonijiet li jagħmlu sens fil-kuntest lokali u jrendi lill-Kummissjoni aktar relevanti għar-realtajiet tal-lum.
Friggieri insistiet dwar l-importanza tar-riċerka f’dan il-qasam – riċerka li hija kruċjali fil-ħidma tal-Kummissjoni.
Hija qalet ukoll li għad fadal xi jsir f’dik li hi edukazzjoni sabiex jinbidel il-mod kif uħud fis-soċjetà għadhom jaħsbu. Friggieri spjegat li għad hawn min għadu jaħseb li hemm rwoli speċifiċi għall-irġiel u għan-nisa, u għad hawn ideat żbaljati li jwasslu għal azzjonijiet inaċċettabbli.
Preżenti għal l-iffirmar tal-Memorandum of Understanding kien hemm membri tal-Kummissjoni kif ukoll rappreżentanti tal-Fakultà Għall-Benesseri tas-Soċjetà.
//= $special ?>