Edukazzjoni Lokali

Ħerba qrib skejjel f’Ħal Tarxien ftit jiem qabel bidu ta’ sena skolastika ġdida

Hekk kif f’dawn il-jiem, l-istudenti qed jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskejjel, dawk li jattendu l-Iskola Primarja u l-Iskola Medja fiz-zona Tal-Barrani, f’Ħal Tarxien, se jsibu ma’ wiċċhom triq mkissra u mimlija inġenji tal-kostruzzjoni, filwaqt li l-bankina għadha trid tinbena.

Ritratti li rċieva NET News juru l-ħerba li hemm fiz-zona, hekk kif dawn l-iskejjel se jiftħu t-Tnejn li ġej u l-istudenti se jibdew is-sena skolastika l-Erbgħa. Madankollu, wara tliet xhur ta’ sajf li matulu normalment isir dan it-tip ta’ xogħol, jidher li dan il-perjodu ma ntużax kif suppost, ladarba x-xogħol għadu daqstant lura.