Lokali

“Il-leħja mhux ħmieġ” – Malta Police Union

L-Union tappella li l-fatt li l-uffiċjali ma jitħallewx bil-leħja ankè meta jkunu pajżana hija diskriminatorja.

Mhux neskludu azzjonijiet ulterjuri jekk il-Korp jibqa’ jikkunsidra l-leħja bħala ħmieġ u l-uffiċjali tal-Pulizija jiġu mġiegħlha jqaxxruha ankè meta ma jkunux lebsin uniformi.

Sostniet dan il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Union f’ittra miftuħa lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, tappella kontra ċirkolari li imponiet din ir-regola…biex iqaxxru l-leħja bilfors. Fiċ-ċirkolari ġie spjegat li jekk dan ma jsirx jittieħdu passi dixxiplinari fil-konfront tal-uffiċjali.

L-Unjin qed tisħaq li din hija kompletament illegali.

Huma saħqu li din il-pożizzjoni hija waħda deskriminatorja.