Lokali

Il-Pulizija tikkonferma li Anthony Borg qatt ma’ reġa kien imfittex minnha

Wara talba minn Net News sabiex il-Pulizija tikkjarifika l-fatti marbuta ma’ artiklu ta’ talk.mt, email mill-Uffiċju Komunikazzjoni tal-Korp ikkonfermatilna li l-Pulizija ma ħarġet l-ebda stqarrija li Anthony Borg kien jinsab imfittex.

Dan wara li ftit tal-jiem ilu, is-sit tal-GWU ppubblika artiklu li fih qal li l-eks ħabsi reġa’ jinsab imfittex mill-Pulizija.

Dan wassal biex Anthony Borg, li fl-aħħar ġimgħat tkellem fl-apert dwar dak li jiġri fil-ħabs ta’ Kordin, tkellem ma’ Peppi Azzopardi, imbeżża li dan kollu kien qed isir biex jintimidah talli tkellem kif tkellem.

Minkejja talba għal dritt ta’ tweġiba mill-avukat tal-istess Borg lil talk.mt, is-sit baqa’ jinsisti li huma għandhom informazzjoni li Borg huwa mfittex.

Madankollu issa l-Pulizija xejnet din id-dikjarazzjoni billi caħdet magħna li Borg huwa mfittex.

Anthony Borg kien ta intervisti lil Net News u lit-Times of Malta li fihom espona realtajiet xokkanti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin taħt it-tmexxija ta’ Alex Dalli.