Lokali Saħħa

Imfakkar il-Jum Dinji tal-Ispiżjara

Il-Ħdax il-Jum Dinji Tal-Ispiżjara ġie mfakkar fil-25 ta’ Settembru.

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Farmaċewtika ilha tiċċelebra dan il-jum sa mill-2010 u d-Dipartiment tal-Farmaċija fi ħdan l-Università ta’ Malta, li hija membru attiv ta’ din il-Federazzjoni, ukoll ta’ kull sena tikkommemora dan il-jum.

F’din l-okkażjoni, dan id-Dipartiment organizza konferenza li fiha rrikonoxxa il-kontribut kbir li jagħtu l-ispiżjara, il-pharmaceutical technologists u l-ħaddiema kollha tal-farmaċewtika fl-iżvilupp u l-użu ta’ mediċini ta’ kwalità f’ mod effettiv u sigur.

Il-kommemorazzjoni ta’ dan il-jum għandu sinnifikat partikolari din is-sena fil-kuntest tal-pandemija li kompiiet titfa’ dawl fuq ix-xogħol tal-ispizjara.