Lokali

L-Aida fit-Teatru Aurora posposta għall-2022

L-opra Aida li kellha tiġi mtella’ f’Ottubru ta’ din is-sena fit-Teatru Aurora fir-Rabat, Għawdex – ġiet posposta għas-Sibt 15 ta’ Ottubru, 2022.

Dan tħabbar mill-istess teatru fejn ġie spjegat li dan il-pass ittieħed fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19 u r-restrizzjonijiet li għadhom qed jiġu imposti.

Filwaqt li saħqu li huma konxji li r-restrizzjonijiet qed jiġu rilaxxati ftit ftit, din id-deċiżjoni deskritta bħala waħda diffiċli, ittieħdet ankè fid-dawl tal-fatt li wara l-palk ma tistax tinżamm id-distanza meħtieġa.

Għaldaqstant il-bookings kollha li ġew imwettqa għall-opra Aida li kellha tiġi organizzata din is-sena se jitmexxew awtomatikament għall-2022.

Ġie spjegat ukoll li l-biljetti l-ġodda se jkunu qed jiġu mibgħuta lill-klijenti permezz ta’ e-mail.

Kull min jixtieq rifużjoni tal-biljett għandu jibgħat e-mail hawn.