Internazzjonali

L-iżbroff f’La Palma jista’ jdum tliet xhur

Żbroff ta’ vulkan fil-gżejjer Canary jista’ jdum tliet xhur.

Esperti mill-Istitut tal-Vulkanoloġija f’daw il-gżejjer qali li l-iżbroff li beda fl-aħħer jiem f’La Palma jista’ jdum għaddej għal 84 ġurnata.

L-attività siżmika wasslet għal nixxieha ta’ lava bl-esperti jsostnu li t-theddida ta’ terremoti, aktar lava, gassijiet tossiċi, irmied volkaniku  u xita tal-aċtu tibqa’ tippersisti.

Bosta residenti tal-gżira diġà ġew evakwati minn fuqha.