Lokali

“Il-bejgħ tal-passaporti mhux sostenibbli”

Ekonomikament il-bejgħ tal-passaporti mhux sostenibbli, u li għalkemm fil-bidu finanzjarment ikun qed irendi, ma jfissirx li mhux qed jiftaħ bibien oħra għall-abbuż.

Hekk qal l-editorjal tat-Times of Malta b’titlu li jagħti x’jifhem li jeħtieġ b’mod urġenti “Pjan B”, hekk kif kull ma jmur qed tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar bejgħ tal-passaporti.

L-editorjal semma’ kif il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen kienet ċara ħafna waqt iż-żjara tagħha f’pajjiżna – il-bejgħ tal-golden passports għandu jieqaf mill-aktar fis.

It-Times tgħid li l-bejgħ tal-passaporti żied ir-riskji relatati mas-sigurta u l-ħasil tal-flus.

L-edtorjal kompla li l-greylisting mill-FATF jaf ma kellux konessjoni diretta mal-bejgħ tal-passaporti, iżda żgur mhux forsi li r-riperkussjonijiet kollha li ġabet magħha din l-iskema, waslu biex Malta tkun greylisted.

L-artiklu ifakkar li sa issa l-Gvern Malti ma ħax bis-serjetà l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u li bejgħ tal-passaporti lil dawk li nafu ftit dwarhom. U dan ma jgħinx ghar-reputazzjoni ta’ pajjiżna u jgib aktar inċertezza u dell ikrah fuq Malta.