“Il-pensjoni qedgħa sservik”
Hekk stqarr il-Membru Parlamentari Laburista Ian Castaldi Paris waqt programm fuq ir-radju tal-Partit Laburista – bil-Gvern ikompli jzid il-propaganda tieghu biex jipprova jirribatti l-kritika kbira li qed issirlu dwar il-morsa tal-gholi tal-hajja.
U biex jaghmel dan, qed jipprova jaqleb ta’ taht fuq is-sewwa maghruf…billi jghid li l-anzjani, dejjem skont il-Labour, qed isservihom il-pensjoni taghhom.
Iżda l-verita’ hi li l-anzjani qed ihossu realta’ differenti minn dik li qed jipprova jpingi l-Gvern ta’ Robert Abela.
B’kuntrast ma’ dak li qed jghid il-Gvern…il-Partit Nazzjonalista jemmen li wara li jkunu għamlu ħajjithom jaħdmu u jagħtu l-kontribut tagħhom lill-ekonomija u lis-soċjeta’ tagħna, kull pensjonant jixraqlu li jkollu pensjoni adekwata għall-ħajja tal-lum… li kull ma jmur, qed tgħola. U s-sostenibbilta’ tal-pensjoni ghandha tkun assigurata b’serjeta’ u b’responsabbilta’.
Fl-ahhar xhur, il-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, li finalment tirriżulta għall-differenza fil-pensjonijiet li jircievu l-anzjani. Dan apparti li qed ilesti diversi proposti biex titjieb il-hajja tal-anzjani u l-pensjonanti.
//= $special ?>