Ix-Xandir Pubbliku hu biss xandir tal-messaġġi tal-Gvern…u ta’ kuljum l-aħbarijiet ta’ Television Malta qed ikunu vetrina għall-attivitajiet organizzati mill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
Il-Ħamis biss, terz tal-aħbarijiet ta’ TVM kienu kollha dwar attivitajiet li ħadu sehem fihom il-Membri tal-Kabinett.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ingħatat biss 10% tal-ħin fuq l-aħbarijiet ta’ TVM. Dan apparti li kull messaġġ tal-Gvern jingħata prominenza fil-punti ewlenin, u kien jokkupa l-ewwel għaxar minuti tal-bulettin.
Xejra simili ta’ żbilanċ ilha tidher b’mod sfaċċat ġimgħa wara l-oħra.
Il-Ġimgħa filgħodu, Il-Partit Nazzjonalista f’konferenza ta’ l-aħbarijiet stqarr it-tħassib tiegħu li minn Xandir Nazzjonali – ix-xandir tan-nies – il-bulettin ta’ TVM inħataf kompletament mill-Partit Laburista u mill-Prim Minsistu Robert Abela biex iservi għalll-ħtiġijiet tal-klikka tieghu biss.
Il-Partit Nazzjonalista qal li quddiem dan l-iżbilanċ kollu, l-Awtorità tax-Xandir li suppost qed tieħu passi meta x-xandir pubbliku jikser il-Kostituzzjoni jew il-liġi tax-xandir, s’issa la rreaġixxiet u lanqas ħadet il-passi neċessarji.
//= $special ?>