Il-UPE ordnat tilwima industrijali wara li għadd ta’ għalliema ma ngħatawx informazzjoni fuq liema skola jew sena se jkunu qed jgħallmu.
Hija sejħet din l-azzjoni bħala ta’ negliġenza minn naħa tal-Ministru tal-Edukazzjoni meta fadal biss ftit sigħat għal uħud biex jibdew is-sena akkademika.
Il-Union qalet li n-nuqqas ta’ informazzjoni qed titfa’ pressjoni kbira fuq l-għalliema u l-edukaturi u turi n-nuqqas ta’ serjetà u l-mod kif qed ikunu stmati dawk li jaħdmu fis-settur edukattiv.
//= $special ?>