Edukazzjoni Lokali

Numru ta’ klassijiet għadhom mingħajr għalliema

Waslet sena skolastika oħra, u għal darb’oħra erġajna bil-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema.

Ftit jiem biss qabel ma jingħata bidu għal sena akkademika ġdida…. għad m’hemmx għalliema tal-primarja għal 80 klassi. U jidher li issa din saret il-prassi ta’ kull sena.

Is-suppost pjan tal-Gvern sabiex jimla dawn il-postijiet vakanti, huwa li jċaqlaq għalliema paripatetiċi u dawk kumplimentari. Iżda jekk dan iseħħ, se jkun ta’ detriment għall-istudenti kollha. 

L-MUT qalet li għad hemm numru ta’ għalliema li għadhom mingħajr laptop minħabba li qed jistennew li jingħataw wieħed ġdid. Għalliema li tkellmu ma’ Net News qalulna li peress li l-battery tal-laptop tagħhom hija antika, qed jispiċċaw b’laptop li jopera biss għal ftit minuti sakemm dan ma jaħdimx mad-dawl – xi ħaġa li mhux dejjem tkun konvenjenti għall-edukaturi.