Futbol Sport

Possibilità li l-partitarji fl-Ingilterra jitħallew jixorbu l-alkoħol fl-istands

Fl-Ingilterra jidher li teżisti l-possibilita li l-partitarji tal-futbol fl-Ingilterra jerġgħu jibdew jitħallew jixorbu xorb alkoħoliku fl-istands. Xorb alkoħoliku fis-seats tal-istadiums Ingliżi ilu mhux permess sa mill-1985, bħala parti mir-riformi introdotti dak iż-żmien kontra l-‘hooligans’ li kienu joħolqu l-inkwiet waqt il-partiti tal-futbol.

Il-proposta li jerġa jiddaħħal ix-xorb alkoħoliku fis-seats tal-istadiums qed titmexxa mill-eks Ministru tal-Isports Tracey Crouch, li hija wkoll Membru Parlamentari tal-Partit Konservattiv. Tracey Crouch se tkun qed tippubblika dokument indipendenti dwar il-futbol, fejn fost ir-rakkomndazzjonijiet se jinkludu tibdil dwar kif ikun ikkunsmat l-alkoħol fl-istadiums Ingliżi.