Tifla ta’ 10 snin qed issofri ġrieħi gravi wara li ttajret f’Ħal Tarxien. L-inċident seħħ dalgħodu fid-9.30am fi Triq Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li tifla ta’ 10 snin sfat milquta minn karozza ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan. It-tifla ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard hi ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>