Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 16-il każ ġdid – 44 ifiqu

Huma 16 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ dan il-virus żdiedu għal 17 b’4 persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 44 persuna bil-Ministeru għas-Saħħa jispjega li t-total ta’ każi attivi issa qed jammonta għal 443.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija…filwaqt li sal-jum tal-Ġimgħa ingħataw ‘il fuq minn 6,500 doża tal-booster.