Futbol Sport

Gudja jaħsdu lil Valletta li spiċċaw il-partita b’disa’ plejers

GUDJA ………… 2

VALLETTA …… 0

Gudja: G.Zammit, L.Beland, R.Soares, G.Mensah, R.Kisil (J.Grioli 82′), H.Vella, L.Cremona (F.Pankerican 59′), I.Dudarev, N.Micallef, T.Abdul (T.Gusman 63′), M.Dias (A.Friggieri 46′)

Valletta: A.Guarnone, R.Camilleri, T.Caruana, J.Arthur, M.Sansone (R.Muscat 60′), J.Zerafa, I.Curjuric (K.Tulmieri 60′), E.Sala, C.Prado (S.Mackay 77′), M.Fontanella, L.Campos (C.Gauci 54′)

Referee: D.Portelli

Assistenti Referees: D.Sultana, P.Apap

Fit-Tony Bezzina Stadium, kontra kull mistenni Gudja għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-0., b’Valletta jispiċċaw il-partita b’9 players.

Valletta marru viċin il-gowl fit-18 -il minuta meta x-xutt mid-distanza ta’ Caio Prado kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Glenn Zammit. Biex Gudja fetħu l-iskor fit-42 minuta meta Temitope Abdul twaqqa’ fil-kaxxa, bir-referee Daniel Portelli jsaffar penalty. Mill-ħdax-il metru Ruslan Kisil ma żbaljax għal 1-0. Valletta spiċċaw jilagħbu b’għaxar t’iplejers minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta Portelli wera t-tieni karta safra lil Joseph Zerafa.

Fit-tieni taqsima s-sitwazzjoni marret għall-agħar għal Valletta hekk kif fil-50 minuta huma sfaw jilagħbu b’9 plejers meta r-referee Portelli keċċa lid-difensur Ryan Camilleri. Minkejja dan Valletta żammew tajjeb lil Gudja, u proprju fis-67 minuta kellhom l-aħjar okkażjoni biex jiksbu d-draw, meta Mario Fontanella ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi għoli minn posizzjoni favorevoli.

Biex Gudja skorjaw it-tieni gowl tagħhom u għalqu l-partita fis-70 minuta permezz tas-sostitut Filip Pankerican li għeleb lil Guarnone għal 2-0.